L-għarfien tat-temp u l-istaġuni Indiġeni

Approaching storm

A storm approaches off eastern Australia. Credit: Jeremy Bishop/Unsplash

X’aktarx li int midħla tal-erba’ staġun is-Sajf, il-Ħarifa, ix-Xitwa, u r-Rebbiegħa - imma kont taf li n-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja ilhom li għarfu ħafna aktar minn dawn l-istaġuni? Skont l-inħawi fejn joqogħdu, xi gruppi Indiġeni josservaw sa sitt staġuni distinti kull sena.


Punti Ewlenin
  • L-għarfien tal-Ewwel Nazzjonijiet dwar it-temp u l-istaġuni ġie mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra permezz ta’ rakkonti ta’ stejjer orali u viżivi u tradizzjonijiet kulturali.
  • Iċ-ċikli staġjonali deskritti mill-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet ivarjaw madwar l-Awstralja skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom.ic location.
  • L-għarfien dwar it-temp tal-Ewwel Nazzjonijiet jinkorpora il-konoxxenza ta’ kif il-bidliet fl-imġiba tal-annimali jew it-tkabbir tal-pjanti jintrabtu mal-bidliet fit-temp u fl-istaġuni.
L-għarfien tat-temp u l-istaġuni tiegħu huwa aspett profond tal-konoxxenza kulturali Aboriġinali u Torres Strait Islander, li żviluppat fuq għexieren ta’ eluf ta’ snin.

It-temp jinfluwenza ċ-ċikli tal-ħajja tal-annimali u l-pjanti, u l-għarfien ta’ din l-interkonnessjoni huwa vitali għall-ħajja tal-bniedem, speċjalment fl-Awstralja bl-estremitajiet staġjonali tat-temp tagħha u ħafna drabi b’deżert, b’kampanja u ambjent fejn diffiċli tgħix.

Kollox huwa marbut flimkiem, hija filosofija ċentrali tal-kultura tal-Ewwel Nazzjonijiet, u matul il-millennji, il-poplu Aboriġinali u Torres Strait Islander tal-Awstralja osserva l-ambjent tiegħu u tgħallem il-konnessjonijiet ħafna drabi sottili bejn il-klima, it-temp, l-istaġuni u l-bidliet fil-ħajja tal-annimali u tal-pjanti ta’ madwaru.

It-tisfira ta’ għasfur partikolari tista’ tindika li tkun ġejja x-xita, u l-fjuri jiftħu ta’ ċerti pjanti jew siġar jistgħu jindikaw l-bidla ta’ staġun u ż-żmien biex wieħed imur jgħix f’parti differenti tal-art.

Aunty Joanne Selfe hija mara Gadigal mil-Lvant tal-Awstralja li trabbiet titgħallem dwar it-temp, l-istaġuni u l-ambjent minn informazzjoni mgħoddija mill-familja u l-komunità tagħha.

“Huwa importanti li wieħed jifhem sewwa s-sistemi tat-temp, l-istaġuni u l-ambjent biex jgħix fuq l-art. Għan-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet, il-konnessjonijiet profondi tagħna ma’ dan l-għarfien ippermettewlna li niffjorixxu f’dan l-ambjent fraġli,” tispjega Aunty Joanne.

Native Christmas Tree
Moodjar, the native Christmas tree Credit: TerriAnneAllen/Pixabay
Minn maltempati bir-ragħad imminenti għal perjodi ta’ nixfa, huwa importanti li nifhmu kif it-temp jista’ jinbidel.

“Hemm ħafna avvenimenti tat-temp li jaffettwaw dan il-kontinent fraġli tagħna, kemm jekk ikunu maltempati bir-ragħad kif ukoll jekk hija nixfa. In-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet ippreparaw għalihom u għandhom sistemi ta’ għarfien li jippermettulhom ikomplu jgħixu f’ambjent ta’ ċikluni, jew li jifhmu l-perikli f’ maltempata bir-ragħad u kif jippreparaw għan-nixfa,” tgħid Aunty Joanne.

“Meta nħarsu lejn il-mod kif it-temp jista’ jolqot lill-bnedmin kollha, ħafna drabi rridu li jkollna kontroll - l-għarfien tagħna huwa dak li jżommna siguri. Diarra-murrahmah-coing, ix-xemx nieżla ħamra, u dan ifisser li għada se jkun temp tajjeb.”

Fin-naħa tal-Punent tal-Awstralja, l-akkademiku tal-għarfien Indiġeni fl-Università ta’ Murdoch Jordan Ah Chee twieled fir-reġjun ta’ Kimberley u għandu konnessjonijiet mal-popli ta’ Bindjareb, Wardandi, Palyku, Nyikina, u Yawuru.

“Hemm il-kunċett li l-poplu tagħna kien nomadiku, imma dan jista’ jfisser li ma kellniex post jew dar.”
Konna nibdlu fejn noqogħdu skont l-istaġuni u konna mmorru minn post għall-ieħor b’mod sostenibbli.
Jordan Ah Chee
“In-nies Aboriġinali u Torres Strait Islander rawmu konnessjoni profonda mal-medda tas-snin, mal-artijiet, l-ilmijiet u s-sema – u permezz ta’ din il-konnessjoni żviluppajna dan l-għarfien intrikat li għenna nirnexxu f’dan il-post – u huwa dan il-kunċett bażiku li kollox huwa konness.”

Il-konnessjoni profonda tan-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet mal-art, is-sema u l-ilmijiet tnissel għarfien fond ta’ kif l-istaġuni li qed jinbidlu huma riflessi fil-pajsaġġ.

“Għalhekk, għall-kuntrarju tal-pajjiżi tal-Punent fejn l-istaġuni huma marbuta ma’ dati speċifiċi fil-kalendarju, l-għarfien dwar meta jkunu ġejjin l-istaġuni u kif jgħaddu matul is-sena, jiġu skont il-bidliet fil-pajsaġġ u l-bidliet fl-imġiba tal-annimali u l-bidliet fl-ambjent,” jgħid Ah Chee.

“U dan jiddetta fejn se nkunu f’ċerti żminijiet tas-sena, x’ikel ikun hemm, jekk hux se nkunu viċin il-kosta jew ’il ġewwa fuq l-art, allura żgur li kien importanti ħafna li nifhmu t-temp u l-istaġuni għall-istil ta’ ħajja tagħna.”
Burning fuel load
Fire stick farming Credit: Christian Bass/Unsplash
L-għarfien tal-Ewwel Nazzjonijiet tal-istaġuni jinfluwenza l-kultura u l-prattiċi tradizzjonali li jsiru biex jieħdu ħsieb il-pajjiż u jieħdu ħsieb il-pajsaġġ.

“Meta naħsbu f’dan x’aktarx li l-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħna hija nżommu baxxa l-possibiltà ta’ materjal ta’ zkuk li jaqbad fl-art. Il-ħidma tal-art mingħajr periklu li jaqbad in-nar tippermettilna li neliminaw li jaqbad in-nar mill-beraq u s-sajjetti jew avvenimenti oħra,” tispjega Aunty Joanne.

“Imma jippermettilna wkoll li niżguraw li ħxejjex oħra jinbtu u jkunu lesti għal dawk l-ispeċi ta’ annimali li verament iħobbuhom.”

 Iċ-ċikli staġjonali deskritti mill-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet ivarjaw skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom madwar l-Awstralja.

Fil-pajjiż Noongar tal-Lbiċ tal-Punent tal-Awstralja, sitt staġuni huma rikonoxxuti matul is-sena kalendarja, b’Birak jagħti l-bidu tas-sajf mill-bidu ta’ Diċembru – żmien ta’ temp sħun u ċelebrazzjoni.

“Birak għandu x’jaqsam mas-sħana, ix-xemx u n-nar, huwa meta t-temp jibda jisħon u normalment huwa magħruf bħala l-istaġun taż-żgħażagħ. Huwa żmien ta’ ċelebrazzjoni. F’dan l-istaġun is-sriep u rettili jwaqqgħu l-ġlud tagħhom, iż-żgħar iħallu l-bejta u annimali żgħar jidħlu fid-dinja tal-kbar u jibdew triqithom fid-dinja,” jispjega Ah Chee.

“Bidla sinifikanti fil-pajsaġġ hija dawn il-fjuri sbieħ tal-moodjar sofor fuq l-oranġjo, jew is-siġra tal-Milied, li hija siġra sinifikanti ħafna spiritwalment għall-poplu Noongar. U madwar dan iż-żmien, skont it-temp u l-klima, kien isir il-ħruq skont il-kultura.”

Oġġetti fis-sema bħall-qamar u ċ-ċiklu tiegħu, jintużaw min-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet biex jagħrfu l-bidliet imminenti fit-temp.
F’sistemi ta’ għarfien tal-Ewwel Nazzjonijiet iċ-ċirku ta’ dawl madwar il-qamar juri meta tkun ġejja x-xita.
Aunty Joanne Selfe
“Issa biex naħsbu dwarha – meta l-kristalli tas-silġ ikunu sospiżi fl-atmosfera ta’ fuq, id-dawl tal-qamar jinbidel u jkun rifless mill-kristalli tas-silġ, u jista’ jirriżulta fid-dehra ta’ ċirku ta’ dawl madwar il-qamar. Issa anki x-xjenza kontemporanja tagħraf li ċirku ta’ dawl madwar il-qamar spiss jipproċedu b’sistema ta’ pressjoni baxxa, spiss segwita minn xita u temperaturi aktar kesħin fil-jiem ta’ wara.”

U bidliet sottili fil-pożizzjoni tal-qamar jista’ jkollhom tifsira sinifikanti wkoll.

“Xi kultant il-qamar ma jkunx fiċ-ċentru ta’ dak iċ-ċirku ta’ dawl u jista’ jkun ftit fuq naħa waħda. Dak ikun jindika li jkun hemm xi riħ ġej ukoll,” tgħid Aunty Joanne.
Halo around the moon
A moon halo Credit: Geoffrey Wyatt
In-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet għaddew l-għarfien dwar it-temp permezz ta’ rakkonti ta’ stejjer orali, u anki f’pitturi u tinqix fil-blat u simboli kulturali.

“Għandna xi simboli kulturali f’Sydney, anzi ftit mhux ħażin fil-fatt, imma waħda minnhom li tispikka jisimha Moon Rock, għandha t-tinqix tal-qamar. Issa dawn l-inċiżjonijiet speċifiċi juru t-tmien fażijiet tal-qamar, u jibdew bil-boomerang ta’ Biaime,” tispjega Aunty Joanne.

“Issa dan huwa importanti għax il-Gaddy huma magħrufa bħala ħut kbir. In-nisa tagħna dejjem kienu f’Warrang, fil-Port ta’ Sydney Harbor, fuq in-nowies tagħhom, jistadu bit-tfal, allura meta nużaw il-qamar biex nistadu inkunu nafu li l-ewwel u l-aħħar kwart tal-qamar huwa probabbilment l-aħjar żmien għas-sajd, u r-raġuni għal dan, huwa li qamar ġdid jew sħiħ jaffettwa t-taqlib tal-ilma u jagħmilha aktar diffiċli biex tara l-ħut.”

Il-klima tal-Awstralja hija diversa b’mod inkredibbli, mifruxa fuq temp tropikali, sħana tad-deżert, u kesħa f’kull reġjun bir-ritmi uniċi tiegħu stess.

Għall-komunitajiet Indiġeni, l-istaġuni mhumiex definiti skont id-dati iżda skont kif il-pjanti u l-annimali jirrispondu għall-ambjent tagħhom. Din il-perspettiva toffri għarfien aktar għani u b’aspetti distinti tal-klima tal-Awstralja lil hemm minn kif aħna familjari b’sena b’erba’ staġuni.

Tfakkarna bil-qawwija kbira tal-konnessjoni profonda li kulturi Indiġeni għandhom mal-art u kemm nistgħu nitgħallmu billi napprezzaw l-għarfien u t-tradizzjonijiet tagħhom.

Għal aktar informazzjoni dwar l-għarfien tat-temp Indiġenu, iċċekkja:
Subscribe or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.   

Do you have any questions or topic ideas? Send us an email to 

Share