Key Points
- L-etikett kulturali kien osservat mill-Ewwel Awstraljani għal eluf ta’ snin.
- Elders Aboriġini huma membri rrispettati tal-komunità li jippossedu u jistgħu jaqsmu għarfien kulturali kbir.
- Tibżax tistaqsi dwar protokolli sakemm dan isir b’rispett.
- L-użu ta’ lingwa xierqa u sensittiva huwa mod sempliċi biex turi rispett.
Protokolli kulturali Indiġeni huma bbażati fuq prinċipji etiċi li jiffurmaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol u persunali tagħna mal-popli Aboriġenu u Torres Strait Islander.
Huwa importanti li nikkultivaw dawn ir-relazzjonijiet għaliex huma l-Ewwel Nies tal-Awstralja. Għandhom għarfien intimu tal-art u jistgħu jgħallmuna kif nieħdu ħsieb l-ambjent.
Caroline Hughes hija Elder Ngunnawal Elder tal-ACT u r-reġjun. Bħala Elder Aboriġina hija stmata ħafna għall-għarfien kbir kulturali tagħha.
“Għandna sistemi ta’ twemmin u etikett kulturali li jmorru lura sa mill-bidu taż-żmien... li għadhom parti mill-ħajja tagħna llum fl-Awstralja moderna.”
Meta nosservaw il-protokolli kulturali, inkunu qegħdin ngħarfu r-rabta bla mittiefsa li l-Ewwel Awstraljani tagħna kellhom mal-art u l-prattiċi antiki tagħhom.
Rhoda Roberts, SBS’s Elder in Residence, tissapportja l-prattika kontinwa tal-ewwel kulturi tal-Ewwel Nazzjonijiet.
“Komplejna l-istejjer orali, protokolli u ritwali għal snin sħaħ. U waqt li l-affarijiet jinbidlu u jaġġustaw – aħna m’aħniex nies statiċi – it-twemmin u l-filosofija kollha dwar min aħna huma li nieħdu ħsieb il-pajjiż li hija l-art tagħna, il-baħar, fejn jgħaddi l-ilma u s-sema.”
Aboriginal dancers perform during the welcome to country before the friendly between AC Milan and AS Roma at Optus Stadium on May 31, 2024 in Perth, Australia. Credit: Paul Kane/Getty Images
Kif għandna nirreferu għall-Ewwel Awstraljani?
‘Aboriġeni’ jew ‘Torres Strait Islander’ huwa kliem xieraq mal-Awstralja kollha, tgħid, Caroline Hughes.
In-nies jidentifikaw ukoll lilhom infushom billi jikkonnettjaw ma’ min fejn huma ġejjin, bħal ‘Koori’ ħafna drabi wżatha fi NSW u Victoria, ‘Murry’ fi Queensland u ‘Palawa’ fit-Tasmanja.
“Jien nippreferi nkun imsejħa mara Ngunnawal għaliex dik l-Art minn fejn ġejja,” tgħid Ms Hughes.
Pajjiżi huwa l-grupp tal-lingwa tiegħi u l-grupp tribali tiegħi, u dan jindika lil nies Aboriġeni oħra minn fejn ġejjin.Caroline Hughes
Żewġ popli Indiġeni distinti
Torres Strait Islanders huma popli Indiġeni mill-gżejjer bejn il-ponta tal-Peninsula ta’ Cape York u Papua New Guinea u huma l-aktar ta’ dixxendenza Melanesjana.
Thomas Mayo huwa Torres Strait Islander u Assistent Segretarju Nazzonali tal-Union Marittima tal-Awstralja. Huwa jgħid li l-popli Indiġeni huma diversi ħafna.
“L-Ewwel Nazzjonijiet kollha għandhom xi ftit differenza fil-kulturi imma hemm differenza ċara bejn il-kulturi Islander u Aboriġeni. L-Islanders iħobbu jkunu kkunsidrati bħala Popli Indiġeni distinti.”
Both the Aboriginal and Torres Strait Islander flags are flown alongside the Australian national flag Source: AAP / AAP Image/Mick Tsikas
L-użu ta' lingwa dinjituża
‘Indiġeni’, ‘Aboriġeni’, ‘Torres Strait Islander’ u ‘Elder’ huma nomi propji’ li jitolbu ittra kapitali. Kliem imqassar huwa ikkunsidrat bħala offensiv ħafna, tispjega Caroline Hughes.
“Qatt tqassar il-kelma ‘Aboriġenu’. M’aħniex akronimi lanqas u partikulari ħafna dwar dan, u hemm terminoloġiji offensivi li jweġġgħulna qalbna.”
Min huma l-Elders?
L-Elders huma membri rrispettati tal-komunità li jippossedu għarfien kulturali kbir. Huma referuti bħala ‘Aunty’ u ‘Uncle’. Huwa xieraq għal nies mhux Indiġeni li l-ewwel jistaqsu jekk jistgħux jissejħu b’dawn l-ismijiet.
Ċerimonji ta’ 'Welcome to Country' ħafna drabi jsiru mill-Elders tal-komunità fejn iseħħ avveniment.
X’inhi ‘Welcome to Country’?
Oriġinata fis-snin tmenin minn Rhoda Roberts, 'Welcome to Country' hija ċerimonja tradizzjonali ta’ merħba li ssir fil-ftuħ ta’ avveniment li jonora l-passat. Dan jista’ jkun diskors, żfin jew ċerimomja bid-duħħan.
L-istess, ‘Acknowledgement of Country’ huwa protokoll ta’ merħba li jsir f’laqgħat sinifikanti, u jista’ jsir minn kulħadd, tgħid Rhoda Roberts.
“L-għarfien huwa li tirrikonoxxi li tista’ tkun qed taħdem jew tgħix f’post li mhux il-post minn fejn ġej/ġejja int, u m’hemmx problema b’dan. Int parti minnu u tagħraf u tirringrazzja l-Custodians u l-Elders.”
An Indigenous performer participates in a smoking ceremony. Source: Getty / Cameron Spencer/Getty Images
Lingwa mhix xierqa
It-trawma storika li ġejja mit-teħid bilfors tat-tfal taffettwa kif in-nies jirrispondu għall-mistoqsijiet tagħhom dwar l-isfond tagħhom tgħid Caroline Hughes.
“Mhux xieraq li titkellem dwar persentaġġ u anke dwar ġilda, kulur tal-għajnejn u x-xagħar għaliex it-tfal tagħna jitrabbew fil-kultura tagħna, u dan huwa partikulari ħafna għalina. Is-soċjetà bajda jew is-soċjeta mhix Indiġena ma aċċettatx dawn it-tfal, fejn fil-kultura Aboriġina dawn huma rigali mid-dinja spiritwali, għall-amilji tagħna u għall-komunità tagħna u dejjem kienu aċċettati.”
Uri rispett billi titgħallem aktar
Tibżax tistaqsi dwar protokolli, sakemm tkun ġenwin/a u tagħmel dan b’rispett jgħid Thomas Mayo.
“U mbagħad l-aktar ħaġa importanti hija li tisma’ u taċċetta l-ispjegazzjoni u timxi ‘l quddiem b’mod rispettuż.”
Mr Mayo jissuggerixxi wkoll li kulħadd għandu jaqra l-Istqarrija ta’ Uluru mill-Qalb li tinsab hawnhekk , u jappoġġja l-proposti tagħha.
SBS’ Elder in Residence Rhoda Roberts tfakkarna li l-protokolli huma essenzjali dwar l-għarfien ta’ sħabna, in-nies umani.
Hija dwar it-tjubija u l-kompassjoni, imma fl-aħħar mill-aħħar jien dejjem ngħid huma l-manjieri xierqa.Rhoda Roberts
Dan il-kontenut kien ippubblikat għall-ewwel darba f'Mejju 2022.