Punti Ewlenin
- Hija idea komuni żbaljata li wieħed jaħseb li l-kultura Indiġena hija kullimkien l-istess fl-Awstralja. Mhux il-każ.
- Bidla li qed tiżviluppa fid-disinn tal-bini qed tara li l-proġetti ta’ bini jkunu bbażati skont il-Pajjiż. Din hija xi ħaġa differenti mill-idea li kollox l-istess fl-ippjanar tal-bini urban.
- Fid-disinn tal-bini skont il-Pajjiż, mill-ippjanar sal-proġett finali, dawk li għandhom għarfien dwar l-Ewwel Nazzjonijiet, l-ambjent, u l-prattiċi tas-sit tal-proġett speċifiku, imexxu l-proċess.
Il-protezzjoni Indiġena tal-espressjoni kulturali Indiġena fil-forom kollha tagħha hija protetta skont .
Fis-snin riċenti fl-Awstralja sar ħafna xogħol biex ikunu stabbiliti l- meta jsir xogħol ma’ nies tal-Ewwel Nazzjonijiet fuq proġetti ta’ arti.
Imma kif wieħed jagħmel l-għarfien Indiġeni u l-prattiċi kontinwi viżibbli fl - ispazji fejn ngħixu fl-ibliet Awstraljani?
Tlabna kemm esperti Indiġeni kif ukoll mhux Indiġeni biex jaqsmu l-għarfien tagħhom dwar il-ħolqien ta’ spazji u bini li ġejjin minn sistemi kemm b’għarfien Aboriġinali kif ukoll minn dawk tal-Pajjiżi tal-Punent.
Designing with Country, relationality, and cultural continuity in mind recognises that each place in Australia carries distinct history spanning tens of thousands of years. Here, wildflowers are seen in Karijini National Park in WA. Source: Getty / TED MEAD
Huwa wieħed mill-ko-awturi tal-, li jissettja l-aħjar protokolli ta’ prattici għall-iddisinjar ta’ bini kummerċjali skont ir-rispons kulturali.
Jispjega għaliex għal kwalunkwe proġett mibni, kemm jekk ikun bini pubbliku, pjazza jew tpinġija kbira fuq ħajt, id-disinn jeħtieġ li jissodisfa l-kultura Indiġena tal-post stess li fih jinsab il-proġett.
L-għarfien kollu ġej mill-post.Professor Brian Martin, co-author International Indigenous Design Charter
“U huwa għalhekk li l-protokolli tal-aħjar prattika ta’ xogħol huma dwar li nħarsu lejn is-sidien Tradizzjonali ta’ dak il-post u l-għarfien … li għandu x’jaqsam ma’ dak il-post u Pajjiż partikolari.”
Id-disinn immexxi mill-Indiġeni huwa disinn immexxi mill-Pajjiż għax fl-Awstralja m’hemmx kultura Indiġena waħda biss.
“L-idea li kollox l-istess tinjora affarijiet li huma speċifikament lokali. Pereżempju, Boonwurrung f’Victoria huwa differenti ħafna minn Kamilaroi fi New South Wales, u Bidjara fi Queensland jew Noongar f’Perth,” jispjega l-Professur Martin.
Jefa Greenaway jaqbel. Huwa wieħed mill-arkitetti Aboriġini rikonoxxuti f’Victoria. Oriġinarjament huwa minn NSW, dixxendent tal-Popli Wailwan/Kamilaroi u Dharawal.
Jefa Greenaway jgħid li r-rikonoxximent tad-diversità tal-kulturi Indiġeni fl-arkitettura “ssir opportunità ta’ appoġġ għall-vuċi”.
“Tkun ta’ appoġġ fl-idea tal-ekwità fid-disinn. In-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet mhux bilfors kellhom siġġu madwar il-mejda biex jinvolvu ruħhom fi proġetti kbar ta’ bini."
Jefa Greenaway: “We know across this vast island continent that there are over 270 distinct language groups and 600 dialects.” Credit: Aaron Puls
Jekk iddur madwar il-kampus tal-Università ta’ Melbourne tista’ tara eżempju ta’ iddisinjar ta’ din ix-xorta, skont il-Pajjiż fis-sit fejn il-parti tal-istudenti tikkonnettja mad-Distrett Ewlieni tal-Belt ta’ Melbourne fi Swanston Street.
Jeff Greenaway, li kkoordina l-proġett, jgħid li dawk l-Indiġeni kollha interessati u involuti fil-proċess tad-disinn mill-bidu nett, identifikaw kanali antiki tal-ilma qrib is-sit minn fejn is-sallur kien jemigra għal aktar minn 60,000 sena biex jasal sa Birrarung (ix-Xmara Yarra) biex inissel iż-żgħar tiegħu.
It-tim iddisinja rotta tal-amfiteatru u l-Plaza biex joħloq mill-ġdid fejn joqgħod l-ilma, uża veġetazzjoni u materjali Indiġeni u ħoloq netwerk għall-ġbir tal-ilma bl-għadajjar madwar il-kampus.
Filwaqt li r-rotta tal-ilma l-qadima ġiet mgħammra b’pajpijiet biex issostnu s-sistema tal-ilma tax-xita, is-sallur jista’ jkompli jgħaddi.
Joħloq għarfien mill-ġdid li qegħdin nibnu fuq wirt ta’ 67,000 sena ta’ rabta kontinwa ma’ dan il-post.Jefa Greenaway, Greenaway Architects
Jeff Greenaway jgħid li d-disinn wassal biex il-kontinwità kulturali Indiġena tingħata prominenza.
A University of Melbourne built project recreating the eels’ migration path from water to land, is a metaphor for Indigenous resilience, says architect Jefa Greenaway. Credit: Peter Bennetts
Id-disinjaturi jeħtieġ li jimpenjaw ruħhom kontinwament mal-post u n-nies tiegħu, u li ma jqisux il-protokolli kulturali bħala xi ħaġa li għandhom jagħmlu u li jispiċċaw f’ċerti fażi tal-proġett.
“Ir-relazzjonijiet jinbnew madwar iż-żmien tal-proġett, kemm jekk ikun proġett ta’ riċerka kif ukoll jekk ikun proġett ta’ disinn.
“Kemm jekk tkun ditta tal-arkitetti jew korp tal-gvern jew dawk li jaħdmu fix-xogħol tal-bini jridu jibnu r-relazzjoni man-nies u l-post.”
Desiree Hernandez Ibinarriaga, hija mara Messikana ta’ nisel Mayan, Aztec u bi sfond Bask, u tgħallem fid-Dipartiment tad-Disinn tal-Università ta’ Monash.
Matul ir-riċerka tagħha għad-dottorat b’kollaborazzjoni ma’ nisa żgħażagħ Indiġeni fl-Awstralja u l-Messiku u għalliema mhux Indiġeni, hija żviluppat metodoloġija ta’ tfassil ta’ proġetti għall-benefiċċju tal-għarfien u d-diversità bijokulturali tal-Ewwel Nazzjonijiet.
The sense of cultural identity is integral to Indigenous design methodologies, says Dr Ibinarriaga. “In design we focus on problem-solving and so [in Country-led design] it becomes essential to look locally, harnessing our surroundings.” Credit: Desiree Hernandez Ibinarriaga
“Domt tmien xhur biex bnejt relazzjoni mal-istudenti u l-għalliema biex ġejt aċċettata mill-bniet, l-għalliema u l-istaff tal-iskola.”
Ir-riċerka tagħha laħqet il-qofol tagħha f’workshop bijokulturali bil-għan li tissaħħaħ l-identita’ kulturali tal-istudenti permezz tar-rabtiet mal-Pajjiż.
“Il-Pajjiż huwa l-post li neżistu fih; insejjaħlu ’Tonantsintlalli’, jiġifieri Ommna l-Art bil-lingwa tal-antenati tiegħi, bin-Nahuatl,” tgħid Dr Ibinarriaga.
“Fil-metodoloġiji Indiġeni nikkonċentraw [infasslu bini madwar] il-Pajjiż, l-art, is-smewwiet, l-ilmijiet li ngħixu fihom.
“Imma wkoll, ir-rabta ta’ kollox ma’ xulxin, jiġifieri r-relazzjonijiet li għandna ma’ dak li huwa materjali u dak mhux materjali.”
Where Eels Lie Down by Kamilaroi artist Reko Rennie is one of the features referencing Country in Parramatta Square.
Flimkien ma’ tim apposta, fosthom l-arkitett prinċipali Dillon Kombumerri, raġel Yugambeh mill-Gold Coast fi Queensland, żiluppaw flimkien .
Dawk interessati u involuti fil-proġett li adottaw il-qafas tax-xogħol huma impenjati li jfasslu proġetti mibnija skont l-ambjent li jagħtu riżultati pożittivi kemm għall-Pajjiż kif ukoll għall-Komunita ’.
“Huwa għall-komunitajiet Aboriġini li jużaw dan il-qafas fuq il-proġetti tagħhom biex jiċċelebraw ir-riżultati li jixtiequ jaraw hemmhekk,” tgħid Olivia Hyde.
“Huwa f’idejn l-aġenziji tal-gvern lokali li jħeġġuhom jinvolvu ruħhom b’mod xieraq u b’rispett mal-komunitajiet Aboriġini dwar il-proġetti li qegħdin jieħdu ħsieb.
Huwa wkoll għall-arkitetti u disinjaturi u żviluppaturi oħra tal-ambjent li jiżguraw li l-proġetti ta’ bini li qed jagħmlu qed joħolqu riżultati ta’ Pajjiż b’saħħtu.”
Ħames snin fit-tfassil tiegħu, il-qafas ta’ xogħol inkorpora elementi mmexxija mill-Pajjiż li jidhru fi proġetti diġa eżistenti, bħall-Parramatta Square.
“Kien iddisinjat mad-detenturi tal-għarfien kulturali Dharug mill-bidu nett,” tispjega Olivia Hyde.
“Allura, kien hemm proċess integrat ħafna ta’ xogħol mal-komunità fl-iżvilupp tal-pjanti għall-pjazza.”
Country-led design reasserts the primacy of the place where an infrastructure project is situated. The Waratah flower, found across southeastern Australia is the protagonist of a Dreamtime story explaining its red colour. Here, a Waratah flower light installation during Vivid Light 2017 in Sydney. Credit: Manfred Gottschalk/Getty Images
Ġejt li kont avviċinat qrib it-tmiem tal-proċess li jingħata x-xogħol, meta niftakru “Oh rridu ninkludu persuna Indiġena.”Professor Brian Martin, co-author International Indigenous Design Charter
“Dak li jkun jonqos f’dak ix-xogħol mhux it-tmexxija Indiġena.
“Tispiċċa b’xi ħaġa li ma tintegrax dak li huwa l-aktar importanti tal-Pajjiż fil-proċess u mbagħad fil-bini lest, ikun xi jkun il-proġett.”
Fil-każ ta’ Paramatta Square, id-disinjaturi ħadmu biex l-istorja u l-prattiċi kontinwi tas-sit ikunu viżibbli, tgħid Olivia Hyde.
Il-karatteristiċi jinkludu xogħol tal-arti Indiġeni, ċirku ta’ Dharug u sensiela ta’ disinji fil-pavimentar b’referenza ta’ evidenza storika tal-laqgħat Indiġeni li jmorru lura eluf ta ’snin.
“Tirreferi għall-abitazzjoni fit-tul u l-importanza kulturali ta’ dan il-post għan-nies Aboriġini.
“Imma hija wkoll dwar ir-rikonoxximent li l-kultura tibqa’ għaddejja u hija ħajja u għal dejjem.
“U għalhekk, qed tiżgura li l-prattiċi kulturali ħajjin jistgħu jinżammu ħajjin u jiġu ċċelebrati u jkunu miftuħa għal kulħadd, anke għal nies speċifiċi fejn dan ikun xieraq.”
READ MORE
The impacts of First Nations tourism
Subscribe or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.