Punti Ewlenin
- L-art hija parti iseperabbli għall-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet, li tifforma l-indentià tagħhom u s-sens ta’ appartenenza.
- Ir-rabta ġejja mill-istejjer li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra.
- Wieħed għandu jżur postijiet sagri biss bl-għarfien tal-post u s-sinifikat tiegħu.
Popli Aboriġini u Torres Strait Islander okkupaw l-Awstralja għal tal-anqas 60,000 sena u adattaw għat-tibdil tal-art u l-klima.
Aunty Deidre Martin hija mara ta’ nisel Walbanga min-Nazzjon Yuin. Hija elder irrispettata u ranger Aboriġina li taħdem fin-National Parks and Wildlife Service fi New South Wales.
Għal Aunty Deidre, l-art mhix entità ta' xi sid partikolari, imma parti inseperabbli minnha li għandha tkun irrispettata u indukrata.
Aħna qatt ma jkollna l-art tagħna. Għandna sehem biex nipproteġu l-art. L-art ta’ pajjiżna tipprovdilna l-ikel, l-ilma, fejn noqogħdu, biex insemmi ftit affarijiet.Aunty Deidre Martin
“L-art hija terminoloġija, imma tiġri fil-vini tagħna. Hija l-ewwel nifs tagħna, u tkun l-aħħar nifs ukoll,” hija tgħid.
Aunty Deidre Martin is an Aboriginal discovery ranger. Credit: Aunty Deidre Martin.
“Meta nkun qegħda nivvjaġġja minn Sydney, hekk kif noqrob lejn Kiama, inħares lejn il-kosta, u s-sens ta’ appertenza jaħsadni, u ngħid qegħda d-dar,” iżżid tgħid.
Desmond Campbell, raġel kburi ta’ nisel Gurindji u Alawa-Ngalakan min-Northern Territory, jesprimi l-istess emozzjonijiet meta jerġa’ lura lejn l-art fejn twieled.
Bħala s-CEO ta' , u issa huwa bbażat Sydney, jgħid li, jesperjenza sensazzjoni speċjali hekk kif jaħseb fejn twieled.
“Għalkemm ma kbirniex hemmhekk permanenti, qisna konna hemmhekk il-bieraħ. Il-post huwa familjari magħna bl-istess mod. Tħossok salv. Tħossok qiegħed f’post fejn tista’ taġixxi kif tħossok bħala persuna Aboriġina,” jispjega Desmond Campbell.
Waqt li l-konnessjoni mal-art fejn twieled tibqa’ b’saħħitha, irrespettivament id-distanza, Desmond Campbell jenfasizza l-importanza li jerġa’ lura regolarment lejn l-art tal-antenati tiegħu, mhux biss biex jipprattika l-kultura u l-lingwa tiegħu, imma wkoll għar-rabta spiritwali profonda li ġġib magħha.
“Timlieni bl-ispirtu. Tippermettili li ngħix f’post bħal Sydney u naħdem f’organizzazzjoni bħal Welcome to Country... Għandi bżonn inżomm il-kultura u l-lingwa tiegħi u jkolli dik l-integrità. U nista’ nagħmel dan biss billi minn żmien għall-ieħor inżur fejn twelidt,” huwa jgħid.
CEO of Welcome to Country, Desmond Campbell. Credit: Desmond Campbell.
Stejjer dwar l-art
Il-konnessjoni ġejja mill-istejjer li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra jispjega, Desmond Campbell.
Huwa jżid jgħid li jiddependi mill-art minn fejn tkun ġej, l-istejjer, l-ispirti u r-rabtiet huma kollha differenti.
“In-naħa ta’ missieri min-nisel Gurindji, hija parti mid-deżert tal-Pajjiż. L-annimali huma differenti, l-istaġuni huma differenti, allura l-istejjer differenti wkoll [min-naħa t’ommi].”
Campbell jgħid li dawn l-istejjer kienu marbuta mal-għarfien u l-lezzjonijiet mill-art, bħal meta u x’tikkaċċja u l-konsegwenzi li ma timxix skont l-istaġuni.
Bradley Hardy huwa raġel kburi ta’ nisel Ngemba, Ualarai, Kooma u Kamilaroi u jieħu ħsieb il- matul ix-xmara Barwon.
Huwa jiddeskrivi x-xmara bħala “id-demm u l-identifikazzjoni” tiegħu.
Huwa jkompli jirrakkonta l-istejjer tal-art fejn twieled, waqt li jaħdem bħala gwida għall- .
Huwa jgħid, li jrid li jżomm l-istejjer ħajjin billi jgħaddihom lill-ġenerazzjonijiet li jmiss.
“It-tour qatt ma tkun dwari, imma li nonoraw l-anzjani tagħna, billi naqsmu l-istejjer tagħhom maż-żgħażagħ u li nipprovdi liż-żgħażagħ l-mezzi li jkompli jaqsmu l-istorja tagħna mad-dinja. Huwa d-dmir tagħna li nagħmlu dan,” jispjega Bradley Hardy.
Bradley Hardy and Brewarrina Aboriginal Fishing Traps. Credit: Bradley Hardy.
L-għarfien ta' post sagru
In-nases tal-ħut tal-Aboriġini f’Brewarrina huma wħud mill-eqdem binjiet umani fid-dinja. Huma magħmula minn blat poġġut b’mod strateġiku f’forma ta’ U u C, mhux biss biex jinqabad il-ħut, imma wkoll biex jippermetti lil xi ħut ikompli għaddej mal-ilma u hekk ikompli ċ-ċiklu tal-ħajja, jispjega Bradley Hardy.
Kien post ukoll fejn ħafna tribujiet kienu jiltaqgħu.
Huwa post sagru, għandna nippruvaw nipproteġuh. Prinċipalment qed għan-nies tagħna. Id-dmir ewlieni tagħna huwa mhux biss li ngħidu lin-nies dwaru u nżommuh ħaj fost iż-żgħażagħ tagħna, imma għad-dinja kollha [li tkun taf] dwar dawn il-postijiet speċjali.Bradley Hardy
Aunty Deidre issemmi wkoll l-importanza li nkunu nafu dwar dawn il-postijiet sagri u s-sinifikat tagħhom qabel inżuruhom.
“Huma postijiet ta’ informazzjoni li ma tistax iżżurhom, qabel tkun taf dwarhom, bħal per eżempju l-postijiet tal-irġiel u n-nisa,” tispjega.
Silhouette image of First Nation Australian aboriginal people, father and son, going to hunt seafood in Cape York, Queensland, Australia. Credit: Rafael Ben-Ari/Getty Images Credit: Rafael Ben-Ari/Getty Images
Aunty Deidre tgħid li hija r-responsabilità tagħha li teduka lill-komunità dwar dawn il-postijiet sagri, u hija verament tieħu gost taqsam l-għarfien tagħha mal-viżitaturi.
Meta tfittex fil-fond dwar l-art tal-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet u tifhem s-sinifikat tagħha tista’ tiskopri minjiera ta’ għerf. Madankollu, huwa kruċjali li tavviċina postijiet Indiġeni sagri b’rispett u tfittex għajnuna minn komunitajiet jew kunsilli tal-art lokali.
“Kemm jekk huma nases, fejn jinqabad il-ħut jew stejjer oħra f’postijiet differenti irridu lin-nies li jmorru u verament ikunu jafu l-verità dwar l-istorja tagħna. Irridu lin-nies li jiġu u jitgħallmu dawn l-affarijiet, imma wkoll joqogħdu attenti u jirrispettaw l-istorja tagħna wkoll,” iżid Bradley Hardy.